min aħna

Il-Grupp Teatrali 4Jays

Grupp teatrali fiż-Żejtun b’bosta proġetti fil-kmiem tiegħu, għal dawk kollha li jinteressahom it-teatru u r-reċtar.
Fiż-żmien kienu boutique lokali fiż-Żejtun. Illum saru grupp teatrali bla profitt, immexxi minn familja, li jagħti ħajja lil xogħlijiet awtentiċi u esperimentali.
L-għan prinċipali tal-grupp huwa li jinfetaħ għal dawk kollha li jixtiequ jikkontribwixxu fl-arti drammatika u jressqu t-teatru aktar viċin in-nies fil-qalba tal-lokal, permezz ta’ produzzjonijiet oriġinali, uċuħ ġodda, u postijiet minsija li issa jistgħu jerġgħu jitgawdew mill-ġdid.
It-Tim Tagħna

Andre Mifsud
jimmaniġġja, jagħżel u jimplimenta l-viżjoni artistika tal-grupp teatrali.

Joan Agius
responsabbli mis-servizzi tal-udjenza u mir-relazzjonijiet tal-grupp teatrali mal-pubbliku.

Joanne Mifsud
iżżomm rendikont tal-finanzi u tfassal il-kostumi għall-produzzjonijiet.

In-Nannu Joe
jieħu ħsieb il-cast u l-crew minn produzzjoni għal oħra, daqslikieku kien in-Nannu tagħhom.

U magħhom ma nistgħux ma nsemmux għadd kbir t’atturi u membri tal-crew li jieħdu sehem magħna minn produzzjoni għal oħra.
Kollaboraturi

Il-Kunsill Lokali Żejtun
Il-Grupp Teatrali 4Jays jaf il-bidu tiegħu lill-Kids Club tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Fl-2014, grupp ta’ voluntiera ngħaqdu flimkien sabiex itellgħu pantomima tal-Milied. Nistgħu ngħidu li dik kienet l-ewwel ‘show’ tagħna.
Illum, il-Grupp Teatrali 4Jays jaħdem id f’id mal-Kunsill sabiex iżomm it-tradizzjoni teatrali ħajja fiż-Żejtun kif ukoll jippromwovi l-arti fil-beraħ.

L-Iskola Primarja B, Żejtun
Mill-2018 sal-lum, l-Iskola Primarja B fetħet il-bibien tagħha għalina sabiex inkunu nistgħu ntellgħu l-produzzjonijiet tagħna fil-palk tagħhom. Ta’ kull sena, intellgħu l-pantomima annwali fl-Iskola Primarja B kif ukoll produzzjonijiet oħra minn żmien għal żmien.
Grazzi kbira tmur għall-kap u l-viċi kapijiet tal-iskola, l-għalliema u l-istaff kollu.

L-Istitut Ġesù Nazzarenu, Żejtun
Fl-2016, il-Madre u s-Sorijiet tal-Istitut Ġesù Nazzarenu laqgħuna għandhom f’Sala Ġużeppina Curmi sabiex hemmhekk inkunu nistgħu ntellgħu l-pantomima annwali tagħna.
Minn żmien għal żmien, għadna ntellgħu għadd ta’ produzzjonijiet fl-Istitut Ġesù Nazzarenu u minnhom ukoll spiss niġbru donazzjonijiet għas-sorijiet tal-kunvent.

Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7980 3050