

Geraldine terġa’ tagħmilha!
Wara s-suċċess li kellna f’April 2024 bil-kummiedja sold out ‘Il-Kunjata baqgħalha żmien!’, GERALDINE TERĠA’ TAGĦMILHA!
Geraldine tiddeċiedi li tirtira f’Dar tal-Anzjani sabiex tqatta’ l-aħħar ftit snin ta’ ħajjitha għall-paċi u għall-mistrieħ. Biss, hekk kif tirtira f’Dar tal-Anzjani, Geraldine tibda tiskopri li l-anzjani huma trattati qishom priġunieri u kkontrollati mir-regoli stretti tas-Super. Jieklu dejjem sopop, bilfors iridu jorqdu kmieni, ma jistgħux ipejpu jew jixorbu alkoħol u lanqas jiddevertu kif imiss!
Għalhekk, Geraldine ma ddumx ma tivvinta waħda minn tagħha…
Dil-kummiedja ttellgħet nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru fl-Istitut Ġesù Nazzarenu, bħala parti mill-festa folkloristika Żejt iż-Żejtun. Minnha nġabru donazzjonijiet għall-Malta Dementia Society.
28 ta' Settembru 2024
Andre Mifsud
fl-Istitut Ġesù Nazzarenu, iż-Żejtun
Johann Camilleri

























Minn din il-produzzjoni nġabru €305 b’risq il-Malta Dementia Society fl-2024.

Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7929 4560