Scrooge

Pantomima 2018

Ebenezer Scrooge kien l-unika wieħed f’Ħal Bil-Ġuħ li ma jħobbx il-Milied. Kien raġel imdejjaq bih innifsu – jobgħod lill-eks tiegħu, ma jagħtix karità, jevadi t-taxxi, u jaqta’ mill-paga tas-segretarja tiegħu Mary għal xejn b’xejn! Hija biss il-ġara tiegħu, is-Sinjorina Grace Delicata Fino, li għandha ftit simpatija lejh – toqgħod bieb ma’ bieb miegħu, dejjem bit-tama li xi darba jinnutaha. Iżda l-unika ħaġa li jinnota Scrooge huma l-flus, flus u flus. 

Dan sakemm Milied minnhom, mat-tnax -il tokk ta’ nofs il-lejl, kollox jinqaleb ta’ taħt fuq f’tebqa t’għajn, u Scrooge isib ruħu f’nofs it-tifsira ta’ x’inhu veru l-ispirtu tal-Milied…

27, 28 u 29 ta' Diċembru 2018

j

Andre Mifsud

L-Iskola Primarja B, iż-Żejtun

Johann Camilleri

Minn din il-pantomima kien hemm dħul ta’ €1,000 li ngħataw b’donazzjoni lil familja Żejtunija li tilfet darha wara inċident ikrah fl-2018.

Sibna fuq il-media soċjali

Agħmel kuntatt magħna

[email protected]
(+356) 7929 4560

Tridna nagħmlu kuntatt miegħek?