Snow White u s-7 Smurfs

Il-Pantomima 2016: mhux biss bi Snow White, imma b’seba’ smurfs ukoll!

Bit-tama li tibqa’ hi l-isbaħ waħda fuq dil-art, Ir-Reġina Grimhilda tagħti ordni sabiex Snow White tittieħed fil-foresta u tinqatel.  Biss, kollox ma kellux jimxi skont ix-xewqa tar-Reġina hekk kif, mitlufa fil-foresta, Snow White tiġi wiċċ imb wiċċ ma’ Papà Smurf u l-bqija ta’ uliedu, li minnufih jilqgħuha għandhom ġod-dwejra tagħhom.

Ibbażata fuq il-ħrafa magħrufa mad-dinja kollha – biż-żieda ta’ seba’ smurfs, saħħar stupidu, qattus imqanfed, prinċep persistenti, mera maġika, u dama indimentikabbli – Snow White u s-Seba’ Smurfs tiggarantixxi spettaklu kif imiss; fi sfond ta’ kant, żfin, maġija, imħabba vera, u tmiem feliċi!

27, 28 u 29 ta' Diċembru 2016

j

Andre Mifsud

f'Sala Ġużeppina Curmi, fl-Istitut Ġesù Nazzarenu ż-Żejtun

Johann Camilleri

Minn din il-pantomima kien hemm dħul ta’ €800 li ngħataw b’donazzjoni lill-Istitut Ġesù Nazzarenu fl-2016.

Sibna fuq il-media soċjali

Agħmel kuntatt magħna

[email protected]
(+356) 7929 4560

Tridna nagħmlu kuntatt miegħek?