Frowwżinn

Panto ta’ kiesaħ!

Meta fir-renju t’Arundell taqa’ xitwa li ma tkun trid tispiċċa qatt, kollox jaqa’ f’idejn il-prinċipessa Ana biex flimkien ma’ Kristoff tal-ġelati, żewġt iċriev u snowman, isibu lil oħtha Elsa u jikkonvinċuha biex treġġa’ lura x-xitwa u terġa’ taqa’ s-sħana mill-ġdid.

Bir-raħħala rrabjati għal Elsa u lesti biex jirvellaw, imkesksa mis-Saħħara l-Kattiva li trid tieħu r-renju hi, donnu li l-panto tinsab f’riskju li aktar issir traġedja milli kummiedja.  Biss, dan sakemm titfaċċa l-Kuġina Stellina, tiskijja dritt minn Livinio, lesta sabiex issalva l-pantomima hi!

27, 28 u 29 ta' Diċembru 2019

j

Andre Mifsud

fl-Iskola Primarja B, iż-Żejtun

Johann Camilleri

Minn din il-pantomima kien hemm dħul ta’ €1,000 li ngħataw b’donazzjoni lil Fondazzjoni Nazareth fl-2019.

Sibna fuq il-media soċjali

Agħmel kuntatt magħna

[email protected]
(+356) 7929 4560

Tridna nagħmlu kuntatt miegħek?