

Bajda Mewt
Għad li tibda bħala pantomima tal-Milied, Bajda Mewt mhijiex pantomima normali. Hija każ ġdid li fih id-Dun Ditektiv jeħtieġlu jiskopri min hu l-qattiel tal-pantomima fi ħdan id-drama group tal-parroċċa.
Wara li l-attriċi li tagħmilha ta Snow White verament tinqatel b’tuffieħa vvelenata, id-Dun Ditektiv dlonk ifassal pjan ta’ kif hu u sħabu jistgħu jsolvu dan il-każ flimkien u jsalvaw il-pantomima tal-Milied qabel ikun tard wisq!
16, 17 u 18 ta' Diċembru 2022
Andre Mifsud
fl-Iskola Primarja B iż-Żejtun
Francesca Vella

























































X’qalu n-nies fuq din il-produzzjoni…

Prosit tassew! Ħadt gost ħafna narakom u napprezza x-xogħol li mar f’din il-panto. Atturi bravissimi.
Ta’ min isemmi li Bajda Mewt oriġinarjament kellha tittella’ f’Diċembru tal-2021, biss minħabba l-pandemija, dil-produzzjoni ġiet posposta ftit jiem biss qabel l-ewwel show!
Għad li numru kbir t’atturi mill-kast oriġinali nbidel, xieraq li nirringrazzjaw lil dawn l-atturi li taw il-ħin u l-enerġija tagħhom f’din il-produzzjoni – anke jekk ma ntwerietx!


Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7929 4560