Id-Dun Ditektiv

Waqt il-cake competition tal-parroċċa, is-segretarja tal-uffiċju parrokkjali Mrs Pace tiġi vvelenata. Minn Rosemarie tal-Laħam sa Laura n-Ners, April-May tal-Beauty Salon jew Mirabella tal-Kor tal-Knisja – l-aggressur jista’ jkun kulħadd!

U kollox jaqa’ f’idejn l-Arċipriet, sabiex isolvi dal-misteru…

Din il-produzzjoni ttellgħet b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun bħala inizjattiva ta’ Teatru fil-Beraħ.

29 ta' Lulju 2022

j

Andre Mifsud

fl-Amfiteatru ta' Ġnien San Girgor, iż-Żejtun

Neil Fitzpatrick

X’qalu n-nies fuq din il-produzzjoni…

Prosit tal-inizjattiva li ħadtu sabiex ittellgħu din il-produzzjoni li kienet suċċess. Nittama li l-inkoraġġiment li kellkom mill-pubbliku jkompli jimliekom kuraġġ sabiex tkomplu tellgħu produzzjonijiet simili.
Is-Sinjura Doris Abela

Sindku taż-Żejtun fl-2022

Kienet play sabiħa mmens u r-reċtar kien tajjeb ħafna. Prosit lil kull min ta sehmu.

Ċettina Demicoli

Membru tal-Udjenza

Kienet produzzjoni mtellgħa tajjeb ħafna. Intom l-atturi kontu fluwenti fil-partijiet tagħkom. Grazzi għall-mument sabiħ, familjari u divertenti li offrejtulna

Is-Sur Frans Zahra

Attur Żejtuni

Sibna fuq il-media soċjali

Agħmel kuntatt magħna

[email protected]
(+356) 7929 4560

Tridna nagħmlu kuntatt miegħek?