

Il-Kunjata baqgħalha żmien!
Dejjem b’xi waħda ġdida dil-KUNJATA!
Sheldon jgħix ħajja perfetta. Għandu biss problema waħda: IL-KUNJATA. Kemm ilha li marret tgħix miegħu, ma jistax isib mistrieħ. Biex jeħles minnha, jħajjarha terġa’ tiżżewweġ u l-Kunjata ttiha għan-namur!
Issa skopriet li l-ewwel imħabba tagħha, li kienet toħroġ miegħu f’żgħożitha, mititlu l-mara u reġa’ single mill-ġdid – u għalhekk, tmur warajh ġo Dar tal-Anzjani bit-tama li tersaq viċin tiegħu u ġġiegħlu jsir iħobbha. Biss, malli tirfes ġol-Home, il-Kunjata ma ddumx ma tiskopri li fil-kumpless l-anzjani huma trattati qishom priġunieri u kkontrollati mir-regoli stretti tas-Super. Imma jekk is-Super ħasbet li lill-Kunjata tista’ tikkontrollaha, mela għadha ma tafx x’inhu ġej għaliha!
27 - 28 t'April 2024
Andre Mifsud
fl-Iskola Primarja B, iż-Żejtun
Francesca Vella



































































































X’qalu n-nies fuq din il-produzzjoni…

Ġejt nara din il-play u vera ħadt pjaċir naraha! Hija play oriġinali b’kitba oriġinali. Id-direttur vera bravu, għax irnexxielu jaqbad kundizzjoni bħad-dimensja u jagħmel il-laughing side tagħha – tidħak naqra biha u l-komiċità. Imma mbagħad ġab lil kulħadd back on earth biex dak li jkun jaf minn xiex jgħaddi min hu bid-dimensja. Bravi l-atturi kollha, everyone was on point.
Produzzjoni li fiha vera vera vera ma ħsibtx li se nkun qed nidħak b’dan il-mod! Faqgħet kull m’hemm! Kienet esperjenza vera ħelwa. L-udjenza bdiet tidħak mill-bidu sal-aħħar u sa bdiet tinteraġixxi.
Kienet biċċa xogħol interessanti ħafna. Kummiedja li l-ħin kollu se żżommok hemm u l-ħin kollu se titbissem. Però mbagħad ikun hemm mumenti wkoll fejn ikun hemm dak id-daqsxejn ta’ dark humour li jdaħħlek ukoll daqsxejn f’qoxortok. Kitba interessanti ħafna u l-interpretazzjoni tal-atturi eċċellenti.

Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7929 4560