

In-Nanna Ċetta qalgħet daqqa ta’ Banketta!
Sena wara li n-Nanna Ċetta taqla’ daqqa ta’ banketta u tmut, in-Nannu Ċirillu jaqtagħha li jerġa’ jiżżewweġ. L-unika problema li hu għandu 84 u l-għarusa l-ġdida tiegħu għandha 23!
In-Nannu Ċirillu jitlef rasu għal warajha, imma l-erbat ibniet tiegħu ma tantx ikunu konvinti. U meta jiskopru li t-tfajla tal-missier-anzjan għandha skopijiet ulterjuri u tkun qiegħda tingannah, ma jdumux ma jfasslu pjan sabiex flimkien iwaqqfu dan it-tieġ!
Biss, din ma jidhirx li se tkun xi ħaġa faċli…
22 u 23 t'April 2023
Andre Mifsud
f'Sala Ġużeppina Curmi, fl-Istitut Ġesù Nazzarenu ż-Żejtun
Francesca Vella




























































X’qalu n-nies fuq din il-produzzjoni…

Vera ħadna gost u l-messaġġ tas-solitudni kien vera sabiħ. Kemm dħakna, veru kelli bżonna!
Ta’ min ifaħħar din il-kummiedja mexxejja, b’atturi li għalkemm ġodda imma interpretaw il-parti tagħhom b’għaqal u timing perfett. Prosit kbira tmur għall-awtur ta’ biċċa xogħol verament tajba.
Prosit lil kulħadd, kummiedja tajba ħafna tant li lbieraħ ħriġt mis-sala bid-dmugħ f’għajnejja. Prosit għal darb’oħra.

Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7929 4560