

Tal-4Jays
Kummiedja Mużikali
Janey u Joey għandhom żewġt ibniet: Joanna u Jennifer. Għandhom ukoll ħanut tal-ħwejjeġ, magħruf bħala l-“4Jays Boutique”. Sfidi jinqalgħu dejjem għal dil-familja ordinarja – biss, bħal kull familja oħra, dejjem issibhom magħqudin sabiex jissuperawhom flimkien!
Vjaġġ mużikali bl-aqwa diski mis-snin 60, 70 u 80 fl-okkażjoni tal-għaxar snin mill-ewwel produzzjoni u l-15-il show tal-grupp teatrali 4Jays!
30 - 31 t'Awwissu 2024
Andre Mifsud
fl-Amfiteatru Ġnien San Girgor, iż-Żejtun
Francesca Vella

















































































Dil-produzzjoni ttellgħet fl-għaxar snin anniversarju mill-ewwel produzzjoni tal-Grupp Teatrali 4Jays.

Prosit tassew, bravi u bravi! Produzzjoni ħelwa ħafna, spettaklu sabiħ fuq il-palk ta’ kant u reċtar, tiżwiqa sabiħa ta’ talenti. Bravi u proset lil kull min kien involut. Tajtuna pjaċir, daħħaktuna u emozzjonajtuna bil-prestazzjoni li tajtu! Għal li jmiss…
Vera ħadt gost narakom ilbieraħ! Prosit immens għax kienet produzzjoni ta’ esperjenza fuq tema personali, umana, reali mogħtija b’sens ta’ divertiment li jmiss ħafna emozzjonijiet! Nissuġġerixxi li tmorru tarawha!
Vera ħadna gost u dħakna. Kummiedja mużikali miktuba b’Malti mirqum u kanzunetti tal-widna b’lirika meqjusa. Prosit ħafna lill-4Jays!!

Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7929 4560