Vjola

Vjola kien kulur it-tbenġil ta’ fuq dirgħajha. Violet kienet avukat, mara vivaċi, omm ta’ tnejn, u kellha żwieġ perfett. Għall-inqas, hekk kien jidher minn barra…

L-istorja ta’ Violet hi l-istorja ta’ waħda minn kull erba’ nisa madwar id-dinja li jisfaw vittma ta’ vjolenza domestika. Hija storja li tista’ tiġri lil kulħadd.

Id-dħul minn dil-produzzjoni ingħata b’donazzjoni lil Fondazzjoni Sebħ, b’risq shelters għal vittmi ta’ vjolenza domestika.

25, 26 u 27 ta' Novembru 2022

j

Andre Mifsud

f'Sala Ġużeppina Curmi, fl-Istitut Ġesù Nazzarenu ż-Żejtun

Francesca Vella

Minn dan id-dramm inġabret
is-somma ta’ €500 li ngħatat b’donazzjoni lil Fondazzjoni Sebħ b’risq shelters għal vittmi ta’ vjolenza domestika.

X’qalu n-nies fuq din il-produzzjoni…

Prosit u grazzi minn qalbna. Dramm li wassal messaġġ qawwi dwar ir-realtà ħarxa tal-Vjolenza Domestika. Tim eċċezzjonali! Għan-nom tar-residenti grazzi wkoll li qajjimtu aktar għarfien.
Fondazzjoni Sebħ

fondazzjoni li taħdem b'risq vittmi ta' vjolenza domestika

Prosit kbira tmur għal kull persuna li mingħajrha din il-play ma kinitx isseħħ. Keep up the good work u well done!

Francesca Vella

Fotografu

Prosit lit-team kollu! Dawl, sound, script, l-atturi, backstage, il-producer u fuq kollox l-għan ta’ din il-produzzjoni. Grazzi tal-ħin u l-enerġija li użajtu biex tajtu gost lilna. Ġest nobbli tassew!
Janice Caruana

Membru tal-Udjenza

Prosit! Dramm b’messaġġ reali, titkexkex tarah.
Maria Anna Mifsud

Membru tal-Udjenza

Sibna fuq il-media soċjali

Agħmel kuntatt magħna

[email protected]
(+356) 7929 4560

Tridna nagħmlu kuntatt miegħek?