merħba!

grupp teatrali
4jays

Min aħna

Fiż-żmien kienu boutique lokali fiż-Żejtun. Illum saru grupp teatrali bla profitt, immexxi minn familja, li jagħti ħajja lil xogħlijiet awtentiċi u esperimentali.

L-għan prinċipali tal-grupp huwa li jinfetaħ għal dawk kollha li jixtiequ jikkontribwixxu fl-arti drammatika u jressqu t-teatru aktar viċin in-nies fil-qalba tal-lokal, permezz ta’ produzzjonijiet oriġinali, uċuħ ġodda, u postijiet minsija li issa jistgħu jerġgħu jitgawdew mill-ġdid.

Xi jmiss…

Il-Pantomima tal-Milied

Mill-2014 sal-lum, kull Milied il-Grupp Teatrali 4Jays itella’ pantomima tal-Milied b’kollaborazzjoni maż-Żejtun Kids Club. Il-qliegħ kollu li jinġabar minn dil-produzzjoni jingħata karità lil xi għaqda filantropika li taħdem fiż-Żejtun.

Fis-Sajf

Il-Grupp Teatrali 4Jays itella’ produzzjoni fl-amfiteatru ta’ Ġnien l-Għannejja Żwieten f’San Girgor iż-Żejtun, bl-għan li jippromwovi t-teatru fil-beraħ u jerġa’ jagħti ħajja lil spazji miftuħa.

F'Żejt iż-Żejtun

Għall-ewwel sena, fl-2024 il-Grupp Teatrali 4Jays ipparteċipa fil-festa folkloristika Żejt iż-Żejtun. Din is-sena, wkoll se nkunu qed nippreparaw proġett ta’ ‘street theatre’ għal dal-avveniment lokali annwali.

Ingħaqad magħna!

Int.  Iva, int.

Jekk dejjem ħlomt li titla’ fuq palk, mela dan jaf huwa ċ-ċans tiegħek!  Il-grupp teatrali tagħna huwa miftuħ għal kull min għandu l-motivazzjoni, ix-xewqa u l-interess li jieħu sehem magħna fil-produzzjonijiet teatrali.

Proġetti passati

Agħti ħarsa lejn ir-repertorju ta’ xogħlijiet teatrali li tellajna fil-passat…

Issapportjana

Hekk kif il-grupp teatrali huwa wieħed bla profitt, il-produzzjonijiet tagħna jiddependu fuq għadd ta’ sponsors li minn sena għal oħra jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom bl-għan li juru sapport lejn l-arti fil-lokal.

Sibna fuq il-media soċjali

Agħmel kuntatt magħna

[email protected]
(+356) 7980 3050

Tridna nagħmlu kuntatt miegħek?