Maqbudin bejn Żewġ Madonni
Kummiedja Mużikali
F’Ħal Buni kienet tirrenja paċi kbira…sakemm tasal il-ġimgħa tal-festa! Żewġ festi. Żewġ Madonni. Żewġ każini li qatt ma jaqblu fuq xejn. Il-Ħomor iżommu mal-Madonna tal-Peprina u l-Ħodor iżommu mal-Madonna tal-Karfusa.
Imma meta Poppy Rossi ssir tħobb lil Karfusio Verdi, kollox jinqaleb ta’ taħt fuq! Kif jistgħu l-familji tagħhom qatt jaċċettaw dil-imħabba li tinbet bejniethom? U sa fejn lesti jaslu biex iħassru l-festi?
Quddiem dawn il-kumplikazzjonijiet kollha, persuna waħda biss tista’ tinterċedi għal daż-żewġ maħbubin – l-istess persuna li minħabba fiha, sewwasew inqalgħu dawn il-problemi kollha!
29 - 30 t'Awwissu 2025
Andre Mifsud
fl-Amfiteatru Ġnien San Girgor, iż-Żejtun
Francesca Vella
Sibna fuq il-media soċjali
Agħmel kuntatt magħna
[email protected]
(+356) 7929 4560
